Hekk kif dan is-sajf Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Għawdex rebaħ il-premju tal-Best Visitor Attraction Project ta’ Install Awards tar-Renju Unit, ilbieraħ filgħaxija rebaħ il-premju ta’ Entertainment Venue of The Year waqt ċerimonja ta’ għotja ta’ premjijiet fil-West End ta’ Londra.
Din l-attrazzjoni fil-gżira Maltija, għelbet pajjiżi oħra fid-dinja f’dan it-tip ta’ proġetti, li jinkludu r-Renju Unit, Dubai, Belġju, Franza u l-Ġermanja.
Dawn il-premjijiet jingħataw bħala rikonoxximent għall-aħjar xogħol, u jippremjaw l-innovazzjoni u jiċċelebraw xogħol ta’ eċċellenza fid-dinja tal-industrija awdjoviżiva.
Iċ-Ċittadella dan l-aħħar sar restawr kbir fuqha, u kien hemm żewġ proġetti ta’ restawrazzjoni u rihabilitazzjoni ffinanzjati mil-Unjoni Ewropea. Il-kumpanija magħrufa internazjonali Sarner li tat lura l-ħajja ta’ elfejn sena storja ta’ Għawdex dan hekk kif ħadmet id f’id ma’ John Cremona, il-Project Leader ta’ Progett ta’ Rihabilitazjjoni Tac-Cittadella fil-Ministeru ta’ Ghawdex, fejn holqu din l-attrazzjoni.
Id-Direttur Ġenerali tal-kumpanija Sarner, Ross Magri qal ‘Huwa unur kbir li naċċetta dan il-premju f’isem Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Għawdex. Iċ-Ċentru jħaddan fih tagħmir teknoloġiku awdjoviżiv, dan jieħu lill-viżitatur fi vjaġġ ta’ eluf ta’ snin fl-istorja ta’ Għawdex.”