AĠĠORNATA: L-Iżrael issospenda l-permessi tad-dħul għal 83,000 Palestinjan wara żewġ attakki li seħħew fiċ-ċentru ta’ Tel Aviv. Żewġ Palestinjani qatlu erba’ persuni u darrbu sitta oħra hekk kif bdew jisparaw f’żoni popolari mat-turisti.
Żewġt’irġiel armati mill-Palestina, qatlu erba’ persuni u darrbu sitta oħra wara li bdew jisparaw f’żoni popolari mat-turisti fiċ-ċentru ta’ Tel Aviv, fl-Iżrael.
L-attakki seħħew f’żewġ postijiet differenti, fiċ-ċentru tal-belt viċin il-Ministeru għad-Difiża u l-kwartieri ġenerali tas-suldati.
Iż-żewġt’irġiel li attakkaw jinsabu arrestati.
L-attakki minn nies Palestinjani fl-Iżrael żdiedu b’mod allarmanti f’din l-aħħar sena, b’serje t’attakki ta’ sparar, ġlied bis-skieken u karozzi bombi.
Il-Prim Ministru tal-Iżrael, Benjamin Netanyahu, żar il-post fejn seħħ l-attakk, u ddeskriva x-xena bħala kriminalita brutali ta’ qtil u terroriżmu.
https://www.youtube.com/watch?v=hCcWHYqLubE