Fi stqarrija, servizz.gov informa lill-pubbliku li mit-13 ta’ Marzu l-uffiċċju tal-Ħamrun se jibda joffri servizz minn Livell 1 ġewwa Daniel’s Mall.
Minħabba din ir-raġuni, l-uffiċċju li jinsab 1, Triq Is-Sorijiet Iż-Żgħar Il-Fqar, Ħamrun se jkun magħluq fl-10 u l-11 ta’ Marzu 2023.
Il-ħinijiet tal-ftuħ ser jibqgħu l-istess:
- Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 8:00 – 14:00
- L-Erbgħa: 16:30 – 19:00
- Is-Sibt: 08:00 – 13:00
Għal ċentri oħra wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku: https://www.servizz.gov.mt/mt/Pages/Servizz/Locations/default.aspx.
Wieħed jista’ wkoll jikkomunika ma’ servizz.gov bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku servizz@gov.mt.