Iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta fetaħ l-applikazzjonijiet għall-korsijiet tal-lingwa Ċiniża.
Fi stqarrija miċ-Ċentru ntqal li mit-8 ta’ Ottubru li ġej, dawn il-korsijiet, iddisinjati kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti, b’livelli tal-bidu sa dawk avvanzati. Dan filwaqt li joffru opportunità unika biex wieħed jitgħallem il-lingwa Ċiniża u jiskopri l-lingwa tagħha.
Dawn il-lezzjonijiet isiru kull nhar ta’ Tlieta u Erbgħa, bejn is-6pm u s-7:30pm, fil-binja taċ-Ċentru li jinsab il-Belt Valletta.
Għal aktar informazzjoni u dettalji tar-reġistrazzjoni, wieħed għandu jibgħat email lil ccc2023education@gmail.com jew iċempel fuq 21225055.