Ġie iffirmat memorandum of understanding bejn iċ-Ċentru Aerospazzjali Olandiż u dak Malti. B’hekk, b’ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi u il-Kunsill Malti għar-Riċerka u t-Teknoloġija, iċ-Ċentru Aerospazzjali Malti twaqqaf b’mod uffiċjali.
Dan se jippermetti li jkomplu jinkisbu l-għanijiet tal-Gvern għas-settur, jiġifieri li tkun promossa r-riċerka f’pajjżina u li jsir maniġjar tat-traffiku tal-ajru fost oħrajn.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis ħabbar li l-Kabinett approva Avviż Legali dwar l-impjiegi fis-settur tal-avjazzjoni, fejn ir-rata ta’ 15% ħlas ta’ taxxa ġiet estiża għal numru aktar wiesa ta’ impjegati barranin f’dan is-settur.
Dawn l-aħħar snin dan is-settur sar kontributur qawwi għall-ekonomija Maltija, u huwa stmat li jikkontribwixxi 2.5% lejn il-Prodott Gross Domestiku ta’ pajjiżna. Xejn inqas minn 5,500 persuna huma impjegati fis-settur tal-avjazzjoni f’Malta.