Is-Central Mediterranean Business School (CMBS), wieħed mill-istituti ewlenin f’Malta fl-iżvilupp professjonali, issieħeb mal-Learners University College (LUC) fl-Emirati Għarab Magħquda.
Din il-kollaborazzjoni strateġika se tkompli twessa’ internazzjonalment l-għarfien u l-bażi tas-CMBS, speċifikament fi ħdan il-kwadru dinamiku tal-Lvant Imbiegħed.
Dan se jwassal biex jiftaħ għażla wiesa’ ta’ sinerġija akkademika u tan-negozju. Se jsawwar ukoll kapitlu ġdid, bil-għan li jippermettu lill-istudenti tal-Learners University College biex jaċċessaw ix-xogħol tac-CMBS Work Based Learning (WBL) MBA.
Dawn il-programmi huma essenzjali fil-kwadru professjonali kompetittiv tal-lum il-ġurnata u joffru lill-istudenti approċċ pragmatiku għat-tagħlim, waqt li jgħinu japplikaw it-teorija f’xenarji konkreti, iżidu l-ikkultivar ta’ ħiliet prattiċi u jsaħħu l-impjegabbiltà tal-individwu.
Il-kwalifiki tal-CMBS huma akkreditati mill-MFHEA u jassiguraw li l-kurrikulu jissodisfa l-ogħla standards internazzjonali u jgħinu lill-gradwati jkunu ppreparati biżżejjed biex jirnexxu fis-suq globali.
Ic-Central Mediterranean Business School (CMBS) minn dejjem kienet punt integrali biex iddawwal il-professjonisti b’għarfien vitali fl-industrija u żżidilhom sett ta’ ħiliet. Il-portafoll akkademiku tal-iskola jdur madwar diversi setturi li joffru, inkluż fit-tmexxija, l-immaniġġjar, organizzazzjoni u ħafna oħrajn.
Permezz tal-korsijiet tagħha, is-Central Mediterranean Business School irnexxielha tattira rekord ta’ studenti li jaqbżu l-1,000.