San Girgor, jum li ra l-bidu tiegħu mal-mewt tal-Papa San Girgor. Mijiet ta’ snin wara, it-tradizzjonijiet b’rabta ma’ dan il-jum baqgħu ħajjin fostna l-Maltin, anke fl-isfond ta’ dinja li qed tibki l-mewt tal-Papa Franġisku l-għada ta’ Ħadd il-Għid fl-għomor ta’ 88 sena.
Il-ġurnata kienet ukoll karatterizzata bi żjara tal-Prim Ministru Robert Abela fost il-mijiet kbar li kienu preżenti għall-attivitajiet organizzati mill-Gvern għal din l-okkażjoni.
Fiż-Żejtun, dan il-jum ingħata bidu permezz ta’ parata bil-bnadar u d-daqq, fl-isfond ta’ diversi bankarelli jesponu l-artiġġjanat lokali, fosthom il-bizzilla, il-liedna u l-ġbejniet.
Hawnhekk tkellimna ma’ għadd ta’ persuni preżenti, b’uħud minnhom li qalulna li din hi tradizzjoni għalihom li ilhom jgħożżu sa minn età tenera.
Filwaqt li hawn ħafna li, bħal-lum, jinżlu għall-ewwel għawma, f’Marsaxlokk, dan il-jum ukoll jiġi ċċelebrat b’modi differenti – bit-tombla u diversi attivitajiet għall-familja kollha, anke biż-żwiemel.
Sadanittant, il-Prim Ministru Robert Abela, żar lin-nies f’Marsaxlokk fejn ukoll tkellem ma’ dawk preżenti, minn anzjani sa tfal, ilkoll igawdu l-ġurnata f’temp sabiħ.