L-aħħar tislima lil Kacey Sciberras, li tilfet ħajjitha f’inċident bil-karozza, se tingħata nhar is-Sibt li ġej, fit-tmienja ta’ filgħodu, fil-Knisja Parrokkjali Maria Addolorata, San Pawl il-Baħar.
Kacey, li kellha 17-il sena, sfat vittma f’inċident li seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, fi Triq Tumas Chetcuti f’Ħ’Attard.
Il-karozza li fiha kienet passiġġiera, Chevrolet Aveo, kient misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena minn San Pawl il-Baħar. Il-karozza tilfet il-kontroll u ġarrbet ħsarat estensivi wara li ħabtet f’arblu u ħajt.
Hija tibqa’ mfakkra bħala tfajla twajba, rispettabbli u tferraħ lil kull min ikun madwarha.
Il-quddiesa ser tkun imxandra diretta, min fuq il-pagna ta’ Facebook tal-parroċċa: https://www.facebook.com/ParroccaMarijaAddolorataSanPawlIlBahar
Il-familja tixtieq li flok fjuri, jingħataw donażżjonijiet lil Puttinu Cares, u tixtieq li għal din iċ-ċelebrazzjioni tal-ħajja ta` Kacey, jintlibes ilbies ikkulurit.
Aqra aktar