Dawk il-persuni li ma jistgħux iżuru fergħat tal-banek jew uffiċini ta’ servizzi finanzjarji oħrajn, ikunu jistgħu jiddepożitaw iċ-ċekkijiet permezz ta’ partijiet terzi.
Dan wara direttiva li ta l-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Din il-miżura temporanja daħlet wara konsultazzjoni mal-banek kummerċjali.