Charles Polidano, iċ-Ċaqnu, weħel multa ta’ tnejn u għoxrin elf ewro wara li nstab ħati li kien qed iżomm annimali slavaġġ illegalment fiż-żu tiegħu f’Monte Kristo.
Lura fl-elfejn u ħmistax Polidano kien mixli li kien qed iżomm lil dawn l-annimali slavaġġ f’ambjent li ma kienx approvat bħala post addattat għalihom u b’hekk kienu qed isofru minn moħqrija.
Huwa nstab ħati li naqas milli jirreġistra l-annimali li kien iżomm f’dan iż-żu.