Carmel Polidano magħruf aħjar bħala ċ-Ċaqnu flimkien maż-żewġ impjegati tiegħu Michael Mercieca u Muhammad Saleen tressqu l-Qorti u ġew akkużati bi traskuraġni f’Novembru tal-2015.
Dan meta kkaġunaw ġrieħi fuq tifel ta’ ħames snin li ġie attakkat min tigra fiż-żoo ta’ Montekristo.
Fl-awla tal-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud it-tliet akkużati ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom.