Ftit ilu ħarġu r-riżultati tas-SEC Għandek studenti li jkunu ġabu marki tajbin u oħrajn li forsi ma jkunux ġabu l-marka li xtaqu f’xi suġġett partikolari.
Il-ĠEM16+ ta’ kull sena jilqa’ fi ħdanu studenti li jixtiequ li jġibu jew itejbu r-riżultati tagħhom. Dan il-programm edukattiv, li hu bla ħlas, joffri stipendju lill-istudenti li jkomplu jitgħallmu suġġetti akkademiċi li jwassluhom għall-eżamijiet tas-SEC.
Tkellimna ma’ xi studenti li attendew il-GEM16+ u li temmew il-kors b’suċċess. Tlabnihom jgħidulna l-esperjenza tagħhom fi ħdan din l-istituzzjoni.
“The classes are small, so one can get more attention. We have one teacher and one LSE for each subject so we get attention if we need help. I ħad a lot of friends here from abroad, and Maltese. That was a nice experience.”
Laqatna l-kumment li kien wieħed li ħareġ mingħand kulħadd, li l-istudenti jingħataw attenzjoni individwali.
“It was similar to Secondary School, the teachers are very friendly with you. There’s more individual attention, students are all together like a small community. If you want to have a second chance to pass your O’Levels, this is the perfect school to come to. Even the education system here is perfect. I passed my O’Levels, I took a second chance and I love the experience. It was one of a kind!”
Fil-ħajja qatt mhu tard li titgħallem, studenta oħra qaltilna li hi permezz tal-kors, irnexxielha tikseb il-ħiliet kollha neċessarji biex tkompli miexja ’l quddiem fl-istudji tagħha, wara ħames snin.
“Għal dawk in-nies li jaqtgħu qalbhom mill-iskola dejjem għandhom iħeġġu aktar ruhħom u ma jaqtgħux qalbhom. Jiena kont waħda minn dawk l-istudenti li qatt ma kont moħħi hemm għall-iskola, erġajt dħalt wara ħames snin li tlaqt mill-iskola, u rnexxili nġib ir-riżultati li ridt meta kont iżgħar.”
Il-programm tal-ĠEM16+ joffri l-opportunità lill-istudenti biex jitħejjew għall-eżamijiet tas-SEC fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u f’suġġett wieħed ieħor minn fost il-Fiżika, il-Bijoloġija jew l-ICT.
Tkellimna wkoll ma’ Karl Galea, li huwa guidance teacher fi ħdan il-programm GEM 16+. Huwa kellimna dwar ix-xogħol li jsir biex kull student jemmen aktar fih innifsu u b’hekk ikun jista’ jimxi iżjed ’il quddiem fl-istudji tiegħu.
“Taqtgħux qalbkom, l-applikazzjonijiet huma miftuħin. Dan huwa programm li żgur jista jgħin ħafna studenti li sfortunatament għamlu l-eżamijiet tas-SEK u ma rnexxilhom jgħaddu din id-darba. It’s a second chance, taqtgħux qalbkom, u minn hawn inħeġġeġ lil dawk iż-żgħażagħ kollha biex ikomplu jemmnu fihom infushom u japplikaw GEM 16+.”
Għal aktar dettalji wieħed jista’ jidħol fuq il-paġna ta’ Facebook tal-ĠEM16+ jew iċempel fuq 25983850 għal appuntament personali.
L-applikazzjonijiet huma miftuħa fuq education.gov.mt/gem16plus.