Fir-Renju Unit, f’ittra li bagħat f’kull dar il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-affarijiet ħa jmorru għall-agħar, qabel ma jerġgħu jmorru għall-aħjar.
Il-Prim Ministru Ingliż li bħalissa jinsab f’iżolament minħabba li huwa infettat bil-Coronavirus qal li ħa jittieħdu aktar miżuri. F’din l-ittra huwa appella sabiex in-nies jibqgħu f’darhom sabiex l-affarijiet ma jmorrux aktar għall-agħar.
Fir-Renju Unit, in-numru ta’ każi jammonta għal 17,089 każ u 1,019 tilfu ħajjithom b’kawża ta’ din il-pandemija.