Ilbieraħ, id-dinja tnikknet l-aħbar li Jamel Myles ta’ 9 snin minn Colorado qatel lilu nnifsu ftit tal-jiem ilu. Iktar kmieni llum, ommu, Leia, qassmet messaġġ ta’ qsim il-qalb onlajn fejn spjegat kif fil-jum li qatel lilu nnifsu, binha qal lil oħtu li sħabu tal-klassi bdew jgħidulu biex joqtol lilu nnifsu għax hu gay.
Dan ftit ġimgħat biss wara li ametta ma ommu li hu gay, u li hu kburi.
“Inħossni responsabbli, għaliex bħala omm, missni ndunajt li kien qed ibati u li kien imweġġa’”, stqarret omm Jamel.
Qalet ukoll li tfal gay ma għandhom xejn differenti u ma għandhomx għax ikunu bullied jew iħossuhom differenti minn sħabhom. Qalet li l-ġenituri għandhom jgħallmu lil uliedhom iħobbu lil kulħadd, u jaċċettaw id-differenzi ta’ sħabhom l-iskola.
Filmat: BBC