Raġel minn New Jersey, li għal snin twal kien jgħid li l-idolu tiegħu hu Adolf Hitler, biddel kunjomu għal Hitler sabiex jaqbel ma dak tad-dittatur Nazzist.
Isidore Heath Campbell, ta’ 43 sena, applika biex ibiddel kunjomu u Mħallef minn Hunterfon County approvat din it-talba. Il-bidla fil-kunjom se tkun qed tidħol f’effett fit-8 ta’ Mejju.
“Għandu l-isem ta’ eroj. Hitler,” qal dan Isidore.
Hu kompla billi qal li “Hitler hu eroj għax dalva lill-Ġermanja, tella’ l-ekonomija tal-Ġermanja ‘l fuq, bena diversi toroq fil-Ġermanja u offrielhom għadd ta’ xogħlijiet. Kien jistmahom lil niesu.”
Isidore tant hu ffissat li lit-tifel semmieh Adolf u lit-tifla semmiha Eva Braun, ftit qabel ma ttieħdu fil-kura tas-servizzi soċjali.
Għalkemm l-għażla fil-persuna li jidolizza mhix daqstant sabiħa, il-missier ta’ tnejn iddispjaċieh ferm meta ttiħdulu t-tfal fejn qal “lit-tfal xejn ma sabulhom. Qatt ma ġew abbużati. Ħaduhom sempliċiment minħabba l-għażla tal-isem. Mhux sew.”
L-awtoritajiet sostnew li t-tfal ma ttieħdux minħabba l-għażla tal-isem, iżda għax beżgħu li t-tfal kienu f’ambjent ikrah li jaf iħalli impatt ħażin fuq il-mentalità tagħhom.
Dokumenti passati tal-Qorti wrew kif it-tifel il-kbir, Adolf, ta’ spiss hedded li se joqtol lin-nies.