Saif al-Islam Gaddafi, it-tieni iben tal-eks dittatur Libjan Muammar Gaddafi ingħata libertà taħt amnestija.
Mossa li qed tkun deskritta bħala waħda li tista’ żżid mal-instabilità tal-pajjiż. Saif li kien is-suċċessur favorit ta’ missieru, ilu għal dawn l-aħħar sitt snin miżmum minn milizzja u inħeles nhar il-Ġimgħa.
Qed jingħad li jinsab fil-Lvant tal-pajjiż mal-qraba tiegħu. Il-milizzja li ħelset lil Saif qalet li l-ħelsien tiegħu ġie wara talba mill-gvern proviżorju, l-istess gvern li offra l-amnestija lil Saif al Islam.
Madanakollu Saif al Islam kien ingħata l-kundanna tal-mewt minn qorti fi Tripoli , mill-Punent tal-pajjiż, fejn hemm il-gvern rikonoxxut min-Nazzjonijiet Magħquda u pajjiżi oħra.