Noel Gafa inżamm arrestat wara li missieru talab biex jinżamm arrestat sakemm iħallas id-dejn li għandu.
Dan wara li missieru stess talab biex tiġi applikata din il-miżura legali rari.
Id-dejn, li jlaħħaq il-mitejn elf ewro, jikkonsisti f’arretrati fuq kera li ibnu baqa’ ma ħallasx.
L-avukat tal-missier, applika l-artiklu legali 385 mill-Kodiċi Ċivili, biex il-Qorti tordna li jinżamm arrestat sakemm iħallas dejnu.
Min-naħa tagħha, id-difiża fetħet proċeduri biex twaqqa’ l-mandat u proċeduri għaliex qalu li nkisru d-drittijiet fundamentali.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti ma laqatx it-talba tad-difiża.