Iben Muammar Gaddafi, Seif al-Islam, irreġistra biex jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali tal-Libja li se ssir ix-xahar id-dieħel.
Ħabbret dan il-Kummissjoni Elettorali tal-pajjiż permezz ta’ stqarrija.
Seif al-Islam, li llum jgħodd 49 sena, kien stqarr ma’ The New York Times li qed jippjana li jirritorna fix-xena politika hekk kif huwa jixtieq li jgħaqqad il-Libja wara għaxar snin ta’ kaos politiku.
L-ewwel rawnd ta’ elezzjonijiet se jsiru lejlet il-Milied se jkun il-qofol ta’ proċess imniedi s-sena l-oħra min-Nazzjonijiet Magħquda biex terġa’ lura l-istabbilità politika fil-Libja.