Anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa wara l-protesta li organiżżaw Occupy Justice flimkien ma’ diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista fil-belt, Matthew Caruana Galizia umilja l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia b’dikjarazzjoijiet iebsa fuq Facebook.
Caruana Galizia kiteb li Adrian Delia u n-nies ta’ miegħu li inagħtaw aġġettivi bħal pimps u traffikanti tad-droga ma kinux milqugħa f’din il-protesta. Caruana Galizia saħansitra qabbel lil Delia ma kriminal liebes ġlekk.
Sa mil-ewwel ftit jiem tiegħu fix-xena politika, Delia kien fil-mira tal-blogger Daphne Caruana Galizia li dwaru allegat diversi affarijiet fosthom li kien qed idaħħal il-flus minn ċrieki tal-prostituzzjoni f’Soho u li kien midjun mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Dwar dawn l-allegazzjonijiet Adrian Delia kien fetaħ xejn inqas minn ħames libelli sabiex skont hu inaddaf ismu. Madankollu l-eżitu tagħhom se jibqgħu misteru hekk kif Delia irtira dawn il-libelli, jum wara l-qatil tal-blogger Caruana Galizia.
Delia ma naqasx milli jkun voċifori kontra Daphne Caruana Galizia fejn waqt id-diversi diskorsi mqanqla tiegħu kien għajjar lil Caruana Galizia bħala “biċċa blogger”.
Xahar qabel il-mewt tagħha Caruana Galizia kienet stqarret li kienet qed tirċievi bosta messaġġi ta’ theddid minn nies qrib Adria Delia.
: “Bħalissa qiegħda nirċievi messaġġi minn membri tal-marmalja ta’ Adrian Delia jgħidu, mingħajr punteġġjatura ħlief għal bosta marki ta’ esklamazzjoni fl-aħħar, li jien spiċċuta, Rest in Peace, ħu pillola velenuzu u bosta rimarki oħrajn”.
Intant il-preżenza ta’ Delia fil-protesta tal-bieraħ wasslet ukoll għal ċaħda min-naħa tal-organizzaturi li kienu stiednuh għall-protesta hekk kif stqarr f’intervista li kellu l-Ħadd filgħodu fuq ir-radju tal-partit.