170 baħħara minn 27 pajjiż, huma mistennija jikkompetu fl-24 edizzjoni tal-Kampjonat Internazzjonali Euromed Mapfre bejn id-19 u t-22 ta’ Diċembru.
L-24 edizzjoni ta’ dawn il-Kampjonati Internazzjonali, ospitati mill-Malta Young Sailors Club (MYSC), se tinkludi l-Kampjonati tal-Klassi Optimist. Għat-tieni sena konsekuttiva, il-kompetizzjoni ILCA se tkun parti mis-Serje prestiġjuża Europa Cup imexxija taħt l-awspiċi tal-EurILCA, il-korp governattiv għall-Klassi ILCA fl-Ewropa.
Fost il-pajjiżi parteċipanti hemm l-Baħrain, il-Brażil, Ċipru, d-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, Hong Kong, l-Irlanda, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Italja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, l-Kanada, l-Litwanja, Moldova, Monaco, l-Olanda, r-Renju Unit, Singapore, l-iSlovakkja, l-iSlovenja, t-Tajwan, it-Tuneżija u l-Ukrajna. Malta se tkun irrappreżentata sew mill-klabbs kollha tal-ibburdjar, fosthom l-Birżebbuġa Sailing Club (BSC), il-Malta Young Sailors Club (MYSC), ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC), u l-Vikings Sailing Club (VSC).
Kif isir kull sena l-Malta Young Sailors Club (MYSC) ser torganizza Pre-Euromed Clinic immexxi mill-Kowċ Kap Simone Ricci, li l-kurrikulu impressjonanti tiegħu jinkludi ħidma ma’ Marco Gradoni, ċampjin tad-dinja Optimist għal tliet darbiet u rebbieħ tas-17-il edizzjoni tar-Regatta Euromed fl-2016, kif ukoll l-iżgħar rebbieħ tal-Premju Rolex World Sailor of the Year. Ricci se jkun akkumpanjat mill-Kowċ tal-Klabb Manuel Hormiga u l-atleta Olimpika Ingrid Petitjean, biex jiżguraw li l-parteċipanti jibbenefikaw minn għarfien u esperjenza estensiva.
Flotta Optimist
Kważi 100 baħħa huma mistennija jikkompetu f’din il-klassi, li kienet il-pedament tal-kompetizzjoni Euromed sa mill-bidu tagħha. Parteċipanti prominenti jinkludu ċ-ċampjins nazzjonali Nathan Montebello (BSC) u Julia Borg (MYSC). Borg se tkun qda tgħamel ħilitha biex iżżomm it-titlu tagħha kontra kompetizzjoni barranija b’saħħita. Matthias Spiteri, atleta promettenti tal-MYSC, li bħalissa jinsab fl-ewwel post tar-Ranking tal-Malta Sailing Federation f’din il-klassi, qed jimmira għall-ewwel rebħa tiegħu fl-Euromed.
Għandu jiġi nnutat ukoll li l-Kampjonati tad-Dinja Optimist ta’ din is-sena, li qed isiru fl-Arġentina ftit qabel il-bidu tal-Euromed, kienu konsiderazzjoni loġistika għal diversi timijiet inkluż dawk Maltin: Sebastian Miceli Demajo u Timothy De Cesare mill-Malta Young Sailors Club, kif ukoll Isaac Azzopardi, Liam Andrew Cutajar, u Aleksandra Nagrudnaia mill-Birżebbuġa Sailing Club. Madankollu, tlieta minn dawn il-membri tat-Tim Nazzjonali kkonfermaw li se jagħmlu l-almu tagħhom biex jipparteċipaw fl-Euromed.
EurILCA Europa Cup
Din is-sena timmarka t-tieni darba li l-Malta Young Sailors Club qed jospita wieħed mill-avvenimenti finali ta’ din is-serje annwali f’Malta.
Malta ser tkun irrappreżentata minn tim b’saħħtu u ta’ talent, fosthomż Benjamin Vassallo (ILCA 6), ċampjin nazzjonali kurrenti ta’ Malta u li kiseb it-12-il post fil-Kampjonati tad-Dinja ILCA 4 fl-2023; Timmy Vassallo (ILCA 4), ċampjin nazzjonali ILCA 4 ta’ Malta; u Katrina Micallef (ILCA 6), ċampjin nazzjonali preżenti u rebbieħa ta’ medalja tal-Bronż fil-Kampjonati tad-Dinja ILCA 4 tal-2024. Huma se jiffaċċjaw kompetizzjoni iebsa minn parteċipanti internazzjonali prominenti, inkluż Oscar Madonich, rebbieħ tal-Fidda fil-Klassi ILCA 7 Under-21, u Antonio Cavalcanti Rosa mill-Brażil, rebbieħ tal-Fidda fil-Kampjonati tad-Dinja ILCA 6 tal-Irġiel, li se jikkompeti fil-Klassi ILCA 7.
“Il-Kampjonat Internazzjonali Euromed MAPFRE ilu pedament għall-iżvilupp tal-ibburdjar partikolarment fil-klassi Optimist. Naraw diversi atleti li eventwalment jkomplu jispikkaw fil-Klassi ILCA. Matul is-snin, dan l-avveniment wera t-talent inkredibbli li jirriżulta meta żgħażagħ jgawdu minn kundizzjonijiet mill-aqwa għall-ibburdjar fix-xitwa f’Malta, u jipprovdilhom il-pedament biex jikkompetu fuq livell internazzjonali,” irrimarka Christian Bajada, Commodore tal-Malta Young Sailors Club.
L-Uffiċjali tat-Tellieqa jinkludu lill-Ungeriż Peter Farkas, li se jkun qed jieħu ħsieb il-Korsa Optimist, u lis-Sloven Bojan Gale, li se jieħu ħsieb il-Korsa ILCA. Dan huwa t-tielet żjara ta’ Farkas f’Malta, filwaqt li Gale ilu jżur regolarment għal aktar minn għaxar snin, jew bħala Uffiċjal jew Membru tal-Ġurija. It-tim tal-Ġestjoni tat-Tellieqa se jkun appoġġat minn panel ta’ tmien membri tal-Ġurija Internazzjonali mmexxija minn Giorgio Davanzo mill-Italja (u membru tal-ġurija fl-Olimpjadi ta’ din is-sena), kif ukoll minn Pinar Coskuner Genç mit-Turkija, li kienet il-Prinċipal Race Officer fl-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024.
It-24 edizzjoni tal-Euromed Mapfre International Championships qed issir taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar u appoġġjata mis-sponsors ewlenin Mapfre, PWC u Visit Malta. L-avveniment huwa appoġġat ukoll minn S&D Yachts, Rooster, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, Greens, Francis Busuttil & Sons (Marketing) Ltd., Red Cross, u SportMalta.