Ottovolante, ta’ John Cachia West, ħareġ rebbieħ tat-trofew Camilleri Marine Ragusa Weekend fi tmiem il-ġimgħa waqt għoti ta’ premjijiet li sar fir-Royal Malta Yacht Club.
Il-Camilleri Marine Ragusa Weekend ġabar flimkien flotta varjata ta’ racers u cruisers li gawdew żewġ tlielaq lejn u minn Ragusa.
Filwaqt li ż-żewġ tiġrijiet kienu mmarkati b’riħ ħafif, it-tellieqa għal Ragusa rat kundizzjonijiet aħjar hekk kif il-flotta ħarġet bil-mod mill-Port ta’ Marsamxett.
L-ewwel li bdew joħorġu mill-bokka tal-port fi grupp żgħir kienu Ottovolante, Juniper (Brian Flahive), Sailaway (Ray Schembri), Geisha (Stefan Debattista) u Corona (Luis Azzopardi/Sara Baldwin).
L-ewwel li wasal f’Ragusa kienet Corona, segwita minn Jubatus u Ottovolante,
madankollu, bis-sistema ta’ handicap, Ottovolante ħa r-rebħa, segwit minn Jubatus u Corona. L-IRC Cruising Class rat lill-Inspiration ta’ Godwin Zammit, jirbaħ din it-tellieqa, segwit minn Spirit of the Wind ta’ Simon Xuereb u Dimm ta’ Kevin Pisani Zammit.
Ir-ritorn lejn Malta kien ta’ sfida daqstant ieħor, b’ibħra ferm ċatti u ftit li xejn riħ, li rat il-flotta titħabat biex toħroġ mill-Porto Turistico Marina di Ragusa, kien evidenti li t-tiġrija kienet se tkun waħda ta’ sfida, u dan jirriżulta fl-irtirar ta’ numru ta’ dgħajjes.
Ottovolante, reġa’ rebaħ ir-rebħa fil-ħin ikkoreġut, segwit minn Geisha u Dimm, dan tal-aħħar kien ukoll l-ewwel fil-Klassi tal-IRC Cruisers.
Meta wieħed iqis ir-riżultati taż-żewġ tiġrijiet, ir-riżultat finali wera lil Ottovolante bħala r-rebbieħ, segwit minn Geisha u Jubatus. Fil-kategorija tal-Cruisers, l-ewwel tliet dgħajjes kienu Inspiration, Dimm u Janissah (Mario Debono).
Il-premjijiet, mogħtija minn Camilleri Marine, kienu jikkonsistu f’RescueMe PLB3, Arimar Folding Tender, Sigma Inflatable Lifejackets u diversi Lalizas Jockey Hats. Dawn ġew ippreżentati lir-rebbieħa mis-Sur Kenneth Camilleri, Direttur Maniġerjali, Camilleri Marine.
Il-Club irringrazzja lil Camilleri Marine għall-appoġġ ġeneruż tiegħu u lill-Porto Turistico Marina di Ragusa talli offrew lejl ta’ rmiġġ b’xejn lill-flotta. Ringrazjamenti marru wkoll lill-voluntiera tar-Race Management Team fosthom Martin Azzopardi, Michelle Caruana, Alana Meadows, Mark Napier u Neity Maddock.
It-tellieqa li jmiss lil hinn mix-xtut fuq il-kalendarju tar-Royal Malta Yacht Club se tkun l-64 edizzjoni tal-Malta-Syracuse Race, li hija ko-ospitata mall-Lega Navale Italiana (Siracusa). Din it-tiġrija hija waħda mill-eqdem tiġrijiet fil-Mediterran, din is-sena se tibda minn Malta fit-12 ta’ Lulju.
Camilleri Marine Ragusa Weekend Riżultati
Overall
1st Ottovolante (John Cachia West)
2nd Geisha (Stefan Debattista)
3rd Jubatus (Sean Borg)
Class Prizes
IRC 1 Jubatus (Sean Borg)
IRC 2 Ottovolante (John Cachia West)
IRC Cruisers
1st Inspiration (Godwin Zammit)
2nd Dimm (Kevin Pisani Zammit)
3rd Janissah (Mario Debono)