Il-EurILCA Master Series 2025, li kien ospitat mir-Royal Malta Yacht Club bil-għajnuna ta’ Yachting Malta, ntemm nhar il-Ħadd wara tlett ijiem ta’kompetizzjoni fl-ibburjdar li laqa 30 baħri minn 14 il-pajjiz.
Il-EurILCA Master huwa ċirkwit prestiġjuż ta’ tlielaq li jsiru matul is-sena f’xi wħud mill-isbaħ postijiet fl-Ewropa. Miftuħa għal parteċipanti li għalqu 30 sena (mill-ewwel tellieqa fl-2025), is-serje tinkludi l-klassi kollha ta’ dgħajjes ILCA: ILCA 7, ILCA 6, u ILCA 4.
Din is-sena timmarka r-raba’ darba li Malta qed tospita dan l-avveniment prestiġjuż, magħmul possibbli grazzi għall-isforzi ddedikati tas-sieħba ewlenin tal-RMYC, Trevor Millar u Alex Denisiuc minn SailCoach.
It-tlielaq bdew taħt xita ħafifa b’riħ li laħaq it-12-il mil nawtiku fis-siegħa. Madankollu, hekk kif bdiet it-tieni tellieqa, ir-riħ żdied, sa ma laħaq it-22 mil-nawtiku fis-siegħa. Din il-bidla fil-kundizzjonijiet wasslet għal xi rtirar waqt dan l-istadju tal-kompetizzjoni.
Fl-aħħar ġurnata ma kien hemm l-ebda sorpriża jew bidliet kbar fil-klassifiki finali kemm fil-klassijiet ILCA 6 kif ukoll ILCA 7.
Adil Khalid (UAE), minkejja tellieqa finali diżappuntanti, kiseb rebħa komda fil-Klassi ILCA 6 bi vantaġġ ta’ 9 punti fuq Dirk de Bie (CAN) u Max Hunt (GBR). De Bie u Hunt kienu separati b’erba’ punti biss meta kisbu posthom fuq il-podju ġenerali.
Fil-Klassi ILCA 7, Colin Leonard kompla bir-rebħiet tiegħu, b’vantaġġ ta’ 8 punti fuq Mark Lyttle (GBR), li żamm vantaġġ ta’ 2 punti fuq Alan Davis fit-tielet post.
Ir-Royal Malta Yacht Club ospita serata ta’ premjazzjoni, fejn il-Vice Commodore tal-Club Mark Napier enfasizza l-importanza ta’ dawn l-avvenimenti biex il-Club u Malta jkunu vetrina ta’destinazzjoni ewlenija tal-ibburdjar fuq livell internazzjonali.
Preżenti wkoll kien il-Kap Eżekuttiv ta’ Yachting Malta, Michael Mifsud, li tenna dawn is-sentimenti u saħaq fuq l-importanza ta’ dawn l-inizjattivi għal Yachting Malta. Mit-twaqqif tagħha għaxar snin ilu, Yachting Malta ħadmet bla waqfien biex tistabbilixxi l-preżenza ta’ Malta fuq il-mappa globali tal-ibburdjar.
Napier kompla biex jirringrazzja lil SailCoach, sieħba fl-Iskola tal-Ibburjdar tal-RMYC, talli kienu kruċjali sa biex dan l-avveniment jseħħ f’Malta. Hu kompla jirringrazzja lit-Tim tar-Race Management, immexxi minn Martin Azzopardi, talli żguraw li l-avveniment kien suċċess minn bidu sa tmiem.
Il- EurILCA Master Series saret taħt l-awspiċi tal-Malta Sailing Federation u EurILCA u bl-appoġġ ta’ Yachting Malta Ltd.
2025 EurILCA Master Series Malta – Riżultati
ILCA 6 | ILCA 7 | ||
Apprentice Master (30-44) | 1st | Adil Khalid (UAE) | Colin Leonard (IRL) |
Master (45-54) | – | David Surkov (UKR) | |
Grand Master (55-64) | 1st | Dirk de Bie (CAN) | Mark Lyttle (GBR) |
2nd | Simon Radford (GBR) | Alan Davis (GBR) | |
3rd | – | Chriss Ellyatt (GBR) | |
Grand Master (Women) (55-64) | 1st | Daniela Siepmann (GER) | – |
Great Grand Master (65+) | 1st | Max Hunt (GBR) | Roberto Bini (ITA) |
2nd | Michael Hecky (USA) | Michael Hicks ((GBR) | |
3rd | Thomas Gyr (SUI) | Peter Sherwin (GBR) | |
Great Grand Master (Women) (65+) | 1st | Monica Julie Bodmer (SUI) | |
Legend (75+) | 1st | Theo van Hilten (NED) |
(Photo Credit: RMYC / Alex Turnbull)