Beda l-countdown għall-Kampjonati Ewropej SB20 2024 f’Malta, b’100 jum biss fadal għall-bid ta’dawn il-kampjonati.
L-interess qed jinbena hekk kif flotta b’saħħitha ta’ kompetituri qed tingħaqad għal dak li hu mistenni jkun kampjonat mimli kompetizzjoni b’saħħita.
Malta hi magħrufa għall-kundizzjonijiet eċċellenti għall-isport tal-ibburdjar. Is-swar tal-Belt ser joffru sfond mill-isbaħ għall-baħrin li ser jirrapreżentaw numru kbir ta’nazzjonijiet differenti u li qed jippreparaw biex juru l-ħiliet tagħhom f’Malta.
Imtella’ mill-Assoċjazzjoni Maltija SB20 u r-Royal Malta Yacht Club, bejn id-29 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru, il-Kampjonati Ewropej SB20 2024 iwiegħdu li jkunu avveniment organizzat tajjeb u memorabbli. Ir-Royal Malta Yacht Club, bis-snin ta’ esperjenza tiegħu fl-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ profil għoli, iġib ħafna esperjenza f’dan il-qasam. Is-sħubija mal-Assoċjazzjoni Maltija SB20, twiegħed li jitwassal avveniment memorabbli.
Sal-lum, il-pajjiżi li diġà kkonfermaw il-parteċipazzjoni huma Franza, ir-Renju Unit, l-Ungerija, Singapore, l-Afrika t’Isfel u Moldova. Mistenijja reġistrazzjonijiet mill-Irlanda, il-Belġju, l-Olanda, il-Portugall, Dubai u l-Awstralja. Kif mistenni, Malta se tkun rappreżentata b’mod b’saħħtu. Jikkumplimentaw Team Malta se jkun hemm ekwipaġġ magħmul minnnisa u tim taż-żgħażagħ li jżidu mad-diversità tal-kompetizzjoni. Is-sottomissjonijiet li diġà ġew riċevuti jenfasizzaw l-appell internazzjonali tal-avveniment.
Il-Klassi SB20, żviluppata fil-bidu tas-snin 2000, malajr saret popolari fost il-baħħara għall-aċċessibbiltà tagħha. L-SB20 kienet iddisinjata biex tkun veloċi, kompetittiva u faċli biex wieħed jbaħħar fuqha. Din tagħmilha ideali kemm għal baħħara b’esperjenza kif ukoll għal dawk li huma ġodda fl-isport. L-SB20 qeda trawwem komunità internazzjonali li dejjem tikber. Ir-regoli stretti tiegħu ta’ disinn wieħed jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu indaqs, fejn is-suċċess huwa ddeterminat mill-ħiliet u l-ħidma f’tim aktar milli b’vantaġġ li wieħed jista jkollu bit-tagħmir tiegħu.
“Il-parteċipanti kif ukoll l-ispettaturi jistgħu jistennew kompetizzjoni mill-isbaħ, mimlija tlielaq tattiċi li turi l-ħila tal-parteċipanti – dan kollu f’sfond xeniku li toffri Malta, li mhux biss hija magħrufa għall-kundizzjonijiet eċċellenti tal-ibburdjar, iżda wkoll għall-ilmijiet ċari, u postijiet storiċi, li joħolqu ambjent pittoresk.” irrimarka David Cremona, Commodore, tar-Royal Malta Yacht Club.
L-appell ta’ dan l-avveniment qajjem ukoll l-interess ta’ diversi organizzazzjonijiet ta’ profil għoli li se jkunu qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Kampjonati Ewropej SB20. Fost dawk li kkonfermaw l-appoġġ tagħhom hemm Yachting Malta Ltd, Visit Malta – Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Cisk Lager, Malfy Gin, Seajet u ST Hotels.
“Kif l-avveniment joqrob, l-antiċipazzjoni qeda tikber. Bħalissa qed jitħejja ambjent għal kampjonat indimentikabbli f’wieħed mill-aktar postijiet mill-isbaħ għall-ibburdjar fl-
Ewropa. Ninsabu soddisfatti bl-interess li qed jiġi ġġenerat, mhux biss lokalment iżda wkoll minn sħabna madwar l-Ewropa u lil hinn.” ikkummenta Steve Carter, President, tal-Assoċjazzjoni Maltija SB20.
Ir-reġistrazzjoni għall-Kampjonati Ewropej SB20 tal-2024 f’Malta hija miftuħa permezz tas-sit elettroniku – https://sb20europeans2024.com/
(Photo Credit: RMYC/Edward Flores)