Ir-Royal Malta Yacht Club u l-Assoċjazzjoni Maltija SB20 illum ħabbru li Malta rebħet l-offerta biex tospita l-Kampjonati Ewropej SB20 2024 f’Malta bejn id-29 ta’ Settembru u l-5 ta’ Ottubru 2024.
Il-klassi SB20 esperjenżat tkabbir madwar id-dinja, u dan l-entużjażmu kien esperjenzat f’Malta ukoll. Sa mill-bidu tagħha fl-2015, il-komunità lokali SB20 kienet attiva b’diversi tlielaq organiżżati f’lokalitajiet differenti madwar il-gżira.
Il-popolarità tal-Klassi hija l-aktar derivata mill-fatt li hija Klassi ta’ disinn wieħed li jfisser li kulħadd jiġri bl-istess tip ta’ dgħajsa. It-tlielaq ma jiddependux fuq l-ammont ta’ teknoloġija investita iżda fuq il-ħila magħquda tat-tim fil-ġurnata.
Il-potenzjal ta’ Malta bħala destinazzjoni tal-ibburdjar ġie rikonoxxut permezz tar-rebħ ta’ din l-offerta li se tattira n-numru kbir ta’ baħrin tal-SB20 mill-Ewropa.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka, u Innovazzjoni Dr Clifton Grima laqa’ bil-qalb l-aħbar li Malta rebħet l-offerta biex tospita l-Kampjonati Ewropej SB 2024 f’Malta. Qal li din hija rikonoxximent ieħor fil-kappa għar-Royal Yacht Club, l-Assoċjazzjoni Maltija SB20 u għal pajjiżna. “Aħna kburin li Malta għal darb’oħra qed tospita avveniment sportiv ta’ livell internazzjonali, li se jkun qed jattira dilettanti minn madwar l-Ewropa kollha għat-tellieqa prestiġjuża tad-dgħajjes SB20. Dan l-avveniment se jerġa’ jpoġġi lil Malta fuq il-mappa sportiva, u jkompli juri l-impenn tagħna biex nwasslu iktar avvenimenti internazzjonali nwasslu għal xtutna”.
“Għalkemm l-avveniment se jsir fl-2024, ir-rebħa ta’Malta ġġenerat ħafna interess mill-ħbieb tagħna Ewropej, li ħafna minnhom jafu bir-reputazzjoni ta’ Malta bħala post ideali għall-ibburdjar. Diġà qed naħdmu qatigħ biex nagħtuhom l-aqwa esperjenza ta’ qatt qabel, li nisperaw li tirriżulta r-ritorn tagħhom għal kampijiet ta’ taħriġ kif ukoll li jbaħħru mal-flotta lokali tagħna” irrimarka Steve Carter, President tal-Assoċjazzjoni Maltija SB20.
Ir-Royal Malta Yacht Club se jkun qed jospita dan l-avveniment b’sfond qawwi fl-organizzazzjoni tat-tiġrijiet. L-avveniment ewlieni tal-Club huwa r-Rolex Middle Sea Race li se ssir aktar tard dan ix-xahar. Il-Klabb ospita wkoll avvenimenti oħra li kienu appoġġjati minn korpi internazzjonali bħal EurILCA u World Sailing.
“Ir-Royal Malta Yacht Club jinsab kuntent li jagħmel parti minn dan l-avveniment internazzjonali. Il-Klassi SB20 hija klassi żagħżugħa u dinamika u li hi aċċessibbli għall-etajiet u l-abbiltajiet kollha. Ninsabu fiduċjużi li dan l-avveniment internazzjonali li jsir lokalment se jgħolli aktar il-profil tal-Klassi u l-RMYC se jkompli jinvesti fl-infrastruttura tiegħu biex jospita aktar avvenimenti internazzjonali.” temm jgħid David Cremona, Commodore, Royal Malta Yacht Club.