Artie III il-jott ta’ Lee Satariano għamel debutt impressjonanti fl-Aegean 600. Huma spiċċaw it-tellieqa ta’
600 mil nawtiku f’jumejn, 19-il siegħa, u 58 sekonda.
Minkejja li tilfu l-ORC Trophy għal ftit sekondi, xorta l-ekwipaġġ ta’ Artie III kisbu riżultat notevoli. Huma
spiċċaw l-ewwel fil-klassi tagħhom IRC Class Two, u kisbu t-tieni post kemm fil-Klassi Overall tal-IRC kif
ukoll tal-ORC. Huma ħadu ukoll it-tieni fl-ORC Class One Artie III kienet l-ewwel dgħajsa Maltija li kkompetiet f’din it-tiġrija ta’ 600 mil nawtiku li rat il-bidu u t-tmiem viċin tat -Tempju antik ta’ Poseidon f’Cape Sounion. Ir-rotta tgħaddi minn 23 gżira xeniċi fil-Baħar Eġew.
L-irjieħ Meltemi, li jvarjaw ħafna minn 0 sa 40 mil nawtiku fis-siegħa – skont liema parti tal-korsa wieħed
jkun fiha – jagħmlu t-tellieqa intrinsikament ta’ sfida.
Qabel it-tluq tagħhom Satariano, li għandu snin t’esperjenża fi tlielaq offshore fil-Mediterran, antiċipa
tellieqa li kienet ser tkun milquta miil-“Meltemi” ir-riħ qawwi karatteristika tal-Eġew matul il-perjodu tattiġrija. It-temp laħaq l-aspettattivi, u ġagħlet lill-ekwipaġġ ta’ Artie III iħabbat wiċċu ma’ kundizzjonijiet bla waqfien, li kienu jeħtieġu sistema ta’ għassa effiċjenti u kienu jeħtieġu li l-ekwipaġġ ikun kontinwament attivi għall-biċċa l-kbira tat-tellieqa.
Satariano spjega li kundizzjonijiet bħal dawn – partikolarment meta wieħed jipprova jimmanuvra dgħajsa
f’buffuri ta’ riħ li jilħqu madwar 45 mil nawtiku fis-siegħa, hija meħtieġa azzjoni immedjata. L-edizzjoni ta’
din is-sena rat riħ mill-aktar qawwi, li ħoloq numru ta’sitwazzjonijiet li kienu ta sfida kbira għall-ekwipaġġ
ta’ Artie III.
Wieħed mill-aktar mumenti kritiċi seħħ meta Artie III weħel f’żona bi ftit li xejn riħ u kurrenti qawwija. Din
is-sitwazzjoni li kienet qrib l-art, spjega Satariano, potenzjalment swiet lil Artie III ir-rebħa ġenerali talKlassi ORC. Minkejja dan id-dewmien, Satariano irrimarka bil-mod ta’ posittiv, li sfidi bħal dawn huma sempliċement parti min-natura tal-ibburdjar.
Minkejja dan, Satariano esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-riżultat finali, fejn irrimarka li l-kundizzjonijiet
esperjenzati fl-Eġew kienu ideali għad-dgħajsa. L-ekwipaġġ ilu jagħmel taħriġ regolari u din kellha rwol
kruċjali fil-prestazzjoni tagħhom. Kompla jispjega li din it-tellieqa pprovdiet lezzjonijiet siewja għalihom.
L-immaniġġjar ta’ kundizzjonijiet ta’ sfida bħal dawn bla dubju se jkun ta’ benefiċċju għalihom fit-tiġrijiet
futuri, partikolarment ir-Rolex Middle Sea Race li ġejja, li se tara l-istess ekwipaġġ jtellaq flimkien għal darb’oħra.
Il-ko-kaptan Christian Ripard stqarr li “din it-tellieqa kienet ta’ sfida kbra, iżda differenti ħafna mir-Rolex Middle Sea Race. It-taqsimiet qosra fit-tieni parti tat-tellieqa u tibdil fid-direzzjoni u l-veloċità tar-riħ iħallu ftit ħin biex tieħu n-nifs, aħseb u ara kemm wieħed jista jistrieħ. Għalhekk l-ekwipaġġ kellu jkun iffukat bissħiħ il-ħin kollu.”
Hekk kif Artie III u l-ekwipaġġ tagħha jippreparaw għar-ritorn tagħhom lejn id-dar, diġà qed isiru pjanijiet
biex id-dgħajsa tiġi ottimizzata, biex jiġi żgurat li tkun fl-aqwa kundizzjoni għar-Rolex Middle Sea Race li
ġejja.
L-ekwipaġġ ta’ Artie III għall-Aegean 600 kien magħmul minn Lee Satariano u Christian Ripard (Kokaptani), Justin Busuttil, Nicky Fenech, Tim Davis, Simon De Gendt, Koen De Smedt, Jake Satariano u Toon Van Caneghem. “L-Aegean 600 ma kienx biss dwar it-tlielaq u li wieħed jilqa l-isfida li dawn it-tip ta’ tlielaq jgħatu, iżda wkoll nieħdu l-opportunita biex ngawdu l-ħbiberiji li għanda ma’ timijiet barranin li ilna nafu għal snin twal – fosthom tim li taw daqqa t’id meta ltqajna ma’ xi problemi eżatt qabel it-tellieqa,” temm jgħid Satariano.
“Irridu nirringrazzjaw ukoll lill-isponsor tagħna Jeep Malta u organizzazzjonijiet oħra ta’ appoġġ, inklużi
Elmo Insurance, Manoel Island Yacht Yard, Marina di Valletta, u RLR Yachting Malta, talli għamlu lparteċipazzjoni tagħna f’din it-tellieqa possibbli.”