Il-maltija Katrina Micallef rebħet il-midalja tal-bronż waqt l-ILCA 4 World Championship fi tmiem il-ġimgħa.
Kien riżultat impressjonanti hekk kif Micallef kienet qed tikkompeti ma’ 150 baħħara minn 45 pajjiżi diferenti, ħafna minnhom pajjiżi akbar minna.
Ir-rebħa marret għand l-olandiż Hieke Schraffordt b’42 punt segwita mill-olandiża l-oħra Feline Van Ede punt warajha.
Micallef spiċċat it-tielet b’63 points qabel it-taljana Clara Lorenzi b’74 punt.
Ta’ nota l-fatt li Micallef ippreparat għal dan l-avveniment minkejja li kienet għadejja wkoll mill-eżamijiet tagħha.
Il-parteċipazzjoni tagħha kienet possibli grazzi għall-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta, Royal Malta Yacht Club u l-Federazzjoni Matlija tal-Ibburdjar.