BNF Bank qed joffri lill-klijenti eżistenti u dawk prospettivi roħs attraenti u valur miżjud fuq il-prodotti ewlenin tiegħu. Sad-29 ta’ Frar 2020, klijenti li qegħdin ifittxu offerta tajba fuq soluzzjonijiet finanzjarji għandhom jaraw l-offerti ta’ BNF fuq self fuq xiri ta’ djar, self personali u credit cards.
Fost is-soluzzjonijiet ta’ Self fuq Xiri ta’ Dar, il-BNF joffri soluzzjonijiet imfassla għal bżonnijiet differenti ta’ kull individwu, kemm jekk wieħed ser jixtri l-ewwel dar, jekk ser ibiddel ir-residenza primarja tiegħu jew jekk ser jixtri t-tieni proprjetà. Il-Bank qiegħed joffri skontijiet addizzjonali fuq il-Home Loan li diġà għandha żewġ rati fissi, ta’ sentejn u ta’ erba’ snin. Fuq il-Home Loan, Buy-to-Let loan u Home Value Loan, il-Bank qed joffri wkoll tnaqqis ta’ 100% fuq il-ħlas relatat mal-ipproċċessar.
Is-self personali ta’ BNF jgħin lill-klijenti biex jilħqu l-bżonnijiet finanzjarji personali tagħhom bħal xiri ta’ karozza, dgħajsa jew għamara għad-dar jew għall-ġnien. Jista’ jintuża wkoll għall-ippjanar ta’ tieġ, jew biex wieħed jinvesti fi prodotti energy saving. Bil-proposta ta’ BNF qed tkompli tonqos ir-rata ta’ imgħax eżistenti fuq il-Personal Loan, u jiġi kkanċellat il-ħlas relatat mal-ipproċċessar.
Il-Credit Cards joffru l-flessibbiltà li jkollok flus disponibbli li jistgħu jinġibdu minn kwalunkwe parti tad-dinja u jitħallsu lura meta jkun konvenjenti. Apparti minn hekk, bihom ix-xiri onlajn hu faċli immens. BNF se jkun qed jikkanċella l-ħlas annwali għall-ewwel sena kemm fuq il-Classic kif ukoll fuq il-Gold Credit Card.
“Bl-offerti ta’ BNF Bank, il-Bank ikompli jtejjeb l-offerti eżistenti diġà kompetittivi,” qal Rueben Bezzina, Kap tar-Retail Banking Unit ta’ BNF Bank. “L-iskontijiet qegħdin noffruhom fuq il-prodotti ewlenin – dawk li jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ kuljum tal-klijenti leali tagħna u ta’ dawk prospettivi.”
Għal aktar tagħrif fuq l-iskontijiet ta’ The BNF Bank Great Sale, wieħed jista’ jċempel Customer Care fuq +356 2260 1000, jibgħat email lil customercare@bnf.bank, imur f’waħda mill-fergħat ta’ BNF Bank, jew iżur www.bnf.bank/great-sale
Termini u kundizzjonijiet japplikaw. BNF Bank plc hu istituzzjoni ta’ kreditu liċenzjat mill-MFSA biex imexxi negozju ta’ bank taħt il-Banking Act 1994. ReĠistrat f’Malta C41030 – 203, Level 2, Rue D’Argens, Gżira, GŻR 1368, Malta.