Persuni li battlu bir ta’ residenza privata għat-triq wassal għall-għeluq temporanju tal-Bajja ta’ Buġibba wara li l-ilma kontaminat tal-bir spiċċa fil-baħar.
Dan tħabbar wara investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-ERA u d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI

Fil-fatt is-Sibt wara nofsinhar id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika avża li, sakemm joħroġ avviż ieħor, mhux rakkomandat li jsir għawm f’din l-istess bajja minħabba possibbiltà ta’ kontaminazzjoni.
AQRA IKTAR: