It-tbassir tas-sit tat-temp FirstMalta huwa li l-ġranet tas-Sajf, li jinsab wara l-bieb, mhux se jkunu sħan daqs kemm kienu fl-aħħar sentejn. Ir-rapport tat-temp qed ibassar li se jkun qed iseħħ il-fenomenu magħruf bħala El Niño li se jkun qed iwassal għal aktar temperaturi baxxi.
Studju ippubblikat mill-Università ta’ Columbia juri li fl-aħħar xhur it-temperatura tal-oċean Paċifiku kienet 0.5C inqas mis-soltu u dan mistenni jħalli effett fuq it-temperaturi tas-Sajf.
Din l-aħbar hija tajba? Risposta suġġettiva. Kien hemm Maltin li mal-ewwel raġġi tax-xemx, gergru li se tibda s-sħana filwaqt li uħud ħadu pjaċir li se jibdew il-jiem sħan tas-Sajf biex jerħulha lejn il-baħar. Jekk dan it-tbassir huwa korrett, ma jfissirx li f’pajjiżna mhux se jkun hawn sħana iżda forsi din l-aħbar se tkun qed tgħin lil dawk li s-sħana ma tgħoddx għalihom jagħmlu kuraġġ għal jiem li ġejjin.
Intant, jidher li fil-jiem li ġejjin se nkunu qed naraw aktar temp xemxi.