Qed jiġi rrapurtat li kien hemm parteċipazzjoni bikrija għolja għall-elezzjonijiet f’Hong Kong hekk kif 4.1 miljun persuna, ftit aktar minn nofs tal-popolazzjoni, qed jivvutaw fl-elezzjonijiet għall-kunsill distrettwali ta’ Hong Kong.
Gruppi ta’ dimostranti favur id-demokrazija qed jittamaw illi l-eżitu tal-vot jibgħat messaġġ ċar lill-Gvern Ċiniż. Din l-elezzjoni qed issir wara ħames xhur ta’ inkwiet wara li kien tħabbar abbozz tal-liġi għall-estradazzjoni lejn iċ-Ċina. Din l-elezzjoni qed titqies bħala test ta’ appoġġ għall-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong, Carrie Lam.
Serbut ta’ nies jinsabu barra l-postijiet tal-votazzjoni, iżda hemm il-biża’ li dawn il-postijiet jistgħu jingħalqu mill-awtoritajiet f’każ li jiskattaw il-vjolenzi. Filwaqt li d-dimostranti appellaw għall-kalma, s’issa s-sitwazzjoni tidher li hija waħda kajmana.