Floriana Ajax għelbu lil Żejtun Red Stars 1 – 0 biex b’hekk rebħu l-Kampjonat tal-ewwel diviżjoni IASC. Wara il-loghba l-President tal-IASC Charles Azzopardi preżenta l-medalji u t-trofew lill-captain tat-tim furjaniż.
Fit-tmiem il-ġimgħa kellna partita oħra mill-Kampjonat tal-ewwel diviżjoni fejn Marsa Trinity għelbu lil Msida Red Stars 3 – 0.
Intant Cospicua Dynamos rebħu l-Kampjonat tat-tieni diviżjoni meta l-Ħadd għelbu lill-Birkirkara St. Joseph 2 – 0 u b’hekk flimkien ma’ Burmarrad AFC ġew promossi għal Kampjonat tal-ewwel diviżjoni.
Wara l-partita bejn Cospicua u Birkirkara, Frans Muscat Segretarju tal-IASC preżenta l-medalji u t-trofew lill-captain ta’ Cospicua.