Hekk kif illejla nkunu nafu r-rebbieħ/a tal-wieħed u sittin edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, one.com.mt tkellem propju mal-ewwel rebbieħa tal-Eurovision.
F’intervista esklussiva Lys Assia tkellmet dwar kif żviluppa dan il-festival, minn kompetizzjoni mużikali għal serata aktar spettakolari.
Lys Assia li rebħet għall-Isvizzera fl-1956, tinsab ġewwa Stokkolma ssegwi l-Eurovision u tkellmet b’nostalġija għall-orkestra li kienet takkumpanja lill-kantanti.
Ftit tal-ġimgħat ilu, Assia ta’ tnejn u disgħin sena kienet stqarret li l-kanzunetta Maltija hija l-favorita tagħha iżda għalkemm irrijafermat li togħġobha d-diska ta’ Ira Losco, b’mod diplomatiku sostniet li hemm ħafna kanzunetti tajbin din is-sena.
Segwi l-intervista hawn;
https://www.youtube.com/watch?v=jduHz3q59W4