F’dawn iż-żminijiet ta’ festi, numru ta’ ħwienet tax-xagħar f’pajjiżna għaddejjin b’kampanja ta’ ġbir ta’ donazzjonijiet mingħand il-klijenti tagħhom. Dan bil-għan li jinġabru fondi għal Puttinu Cares.
F’din l-inizjattiva qegħdin jitolbu lill-klijenti tagħhom minn tal-inqas ewro għal kemm-il darba jużaw wieħed mis-servizzi tal-ħwienet tagħhom.
Din l-inizjattiva qed issir għat-tielet sena konsekuttiva u mistennija tintemm fil-ġurnata tal-24 ta’ Diċembru.
Tkellimna ma’ tliet sidien ta’ tlett iħwienet differenti, li spjegawlna x’se jiġri f’din l-inizjattiva.
“Ninkorraġġixxi lin-nies illi kull min irid jikkontribwixxi u jagħti d-donazzjoni tiegħu, isib l-eqreb Screen Salon tal-lokalità tiegħu u nirringrazzjawh minn quddiem.”
“Illum il-ġurnata kważi kull familja ġiet bżonn ta’ Puttinu u għalhekk qed inħeġġukom biex tagħtu d-donazzjoni tagħkom.”
“Biex nipprovaw naqbżu ċ-ċifra li kellna s-sena l-oħra ta’ €10,000.”