Ħwienet tal-merċa fl-Ingilterra qed ifasslu pjanijiet biex ikollhom il-kapaċità li jlaħħqu mad-domanda ta’ xiri li potenzjalment jiġi kkawżat minn paniku kkawżat mit-tifqiegħa tal-coronavirus. Fil-fatt hemm min qed iwissi lill-konsumaturi biex jordnaw kmieni minħabba li qed jistennew domanda għolja.
Wieħed mill-bejjiegħa tal-ikel qed jitlob biex l-ordnijiet isiru bil-quddiem u dan għaliex ħafna konsumaturi qed jagħmlu ordnijiet partikolarment akbar milli jagħmlu s-soltu.
Dawn kollhaqed jagħmlu pjan ta’ kontinġenza minħabba t-tħassib dejjem qed jikber dwar il-coronavirus, fejn l-amont ta’ każijiet fir-Renju Unit laħqu 39 persuna.