“Huwa dmir tal-ġenitur jew ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, l-edukaturi, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-adulti kollha li huma importanti fil-ħajja tat-tfal li jiżguraw li t-tfal kollha, inklużi t-tfal tal-politiċi, huma protetti minn kull forma ta’ bbuljar, fastidju jew diskriminazzjoni”. Dan qalu l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrija dwar il-ħarsien ta’ tfal ta’ persuni pubbliċi.
L-isqarrija tagħmilha ċara li bbuljar u fastidju fuq it-tfal, qatt mhu aċċettabbli, u li l-adulti għandhom jagħtu eżempju biex it-tfal jirrispettaw lil ta’ madwarhom anke jekk ma jaqblux magħhom.
Huwa fatt li meta persuna tkun esposta pubblikament, ikun hemm riperkussjonijiet fuq uliedha irrespettivament minn jekk hi taħdimx fil-industrja tad-divertiment, tkunx negozjant ta’ suċċess jew jekk tkunx involuta fil-politika. Dan hu minnu speċjalment minħabba ċ-ċokon u d-densità ta’ pajjiżna fejn ilpolarizzazzjoni fid-dibattitu politiku hija n-norma. Fid-dawl ta’ dan, hija r-responsabbiltà ta’ dawk kollha li għemilhom jaffettwa t-tfal b’xi mod li jħarsu t-tfal mill-konsegwenzi ta’ din il-polarizzazzjoni.
Mod wieħed ta’ kif tista’ tintrefa’ din irresponsabbiltà hu li jitnissel ir-rispett lejn l-oħrajn f’moħħ kulħadd, anki lejn dawk li jħaddnu twemmin differenti sew jekk dan ikun politiku, reliġjuż jew ta’ tip ieħor.
L-istqarrija ġġib fix-xejn opinjoni ta’ Kristina Chetcuti, is-sieħba tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, dwar ibbuljar fil-konfront tat-tfal. Saħqet li bbuljar fl-iskejjel huwa ‘inevitabbli’ u normali.