Kien kliem il-Ministru Chris Cardona, wara l-aħbar li l-kumpanija Actavis se tnaqqas il-ħaddiema f’madwar tletin impjant tagħha madwar l-Ewropa, inkluz f’pajjizna.
Quddiem din l-aħbar kiefra għall-ħaddiema, il-messaġġ tal-Gvern kien wieħed ċar li ħadd mill-ħaddiema m’hu se jagħmel jum wieħed mingħajr impjieg. Filfatt il-Gvern jinsab f’kuntatti ma’ kumpaniji oħra fis-settur tal-farmaċewtika li lesti jħaddmu lil dawn il-ħaddiema.
Hawn tista’ ssegwi kliem il-Ministru kif ukoll dak li kellu xi jgħid iċ-chairman eżekuttiv ta’ Jobsplus Clyde Caruana.