Dik magħrufa bħala Lion Fish qed tkompli tinfirex mal-Mediterran b’mod li jħasseb lir-riċerkaturi dwar il-baħar Mediterran u l-ibħra Maltin, fost l-oħrajn.
Fl-aħħar jiem ir-riċerkatriċi Adriana Vella qalet li hemm allarm fi Sqallija u t-Tuneżija wara rapport ta’ din il-ħuta.
Ir-riċerkatriċi Vella spjegat li din il-ħuta hija ta’ tħassib għaliex hija waħda li tinvadi.
“F’postijiet bħal Ċipru, din inferxet malajr. Hija predatur opportunist li jibqa’ jikkaċċja lill-priża tiegħu anke meta din tonqos n-numru, b’detriment għall-ispeċi. F’postijiet bħall-Atlantiku, din ma għandha l-ebda predatur bil-konsegwenzi li issa infirxet bla kontroll. L-istess jista’ jiġri fil-Mediterran” kompliet tirrimarka Vella li hi parti minn grupp ta’ riċerkaturi Maltin.
Din il-ħuta kapaċi tgħix fil-baxx kif ukoll fil-fond u għalkemm perikoluża, il-ħuta hija tajba ħafna għall-ikel. Iżda,oqgħod attentli ma tmissx max-xewk tagħha.
“Ix-xewk tagħha huwa perikoluż għall-bniedem jekk jitniggeż bih. Il-velenu fihom jikkawża uġigħ, nefħa u anke paraliżi. Il-velenu jibqa’ attiv ukoll wara li l-ħuta tmut. Għalhekk, huwa importanti li wieħed joqgħod attent. Ix-xewk jintuża minn din il-ħuta bħala difiża mill-predaturi. Għalhekk m’hemmx il-periklu li l-lion fish se tattakkak. Wieħed però xorta jrid joqgħodattentmetajkun qed jgħum madwarha,” spjegat Vella li rrimarkat li faċilment tinqabad f’xi sajda ta’ xi sajjied Malti.
“Din il-ħuta tista’ tinqabad ma’ ħut oħrajn allura s-sajjieda jridu jkunuavżati dwar il-perikli tagħha biex joqogħdu attenti huma u jimmaniġjawha. Din hi ħuta li tikkaċċja u għalhekk jekk tikber n-numri taf tolqot l-ispeci li għandna jgħixu – ibħra tagħna,” tenniet ella. Din hi biss ħuta waħda minn fost diversi l-mira ta’ riċerka dwar ħut aljen u biex isir dan ix- xogħol ikunu involuti msieħba differenti.
“Isir xogħol mas-sajjieda kummerċjali u anke rikreattivi mal-kosta u l-baħar. Nikkolaboraw anke ma’ għaddasa biex isir xogħol ta’ moniteraġġ dwar dawn l-ispeċi li mhumiex indiġeni tal-ibħra tagħna. B’hekk qed naraw jekk humiex qed jin rxu u jekk hemmx bżonn xi pjan ta’ konservazzjoni, kif ukoll inkunu qed nagħtu għar en lis-sajjieda u lill-għaddasa dwar dawn l-ispeċi,” kompliet tispjega filwaqt li appellat biex il- pubbliku jgħin fir-riċerka billi jinformaha b’dak li jara.