Dan l-aħħar smajna b’diversi speċi ta’ ħut aljen li daħlu fl-ibħra territorjali Maltin.
L-ewwel reazzjoni tkun waħda ta’ biża, speċjalment meta xi sajjieda dilettanti jiltaqgħu ma dawn il-ħut, iżda is-sitwazzjoni mhux inkwetanti daqs kemm tidher.
Riċerkaturi mill-Universita’ ta’ Malta tkellmu aħjar dwar is-sitwazzjoni fil-baħar territorjali Malti.
It-tibdil fil-klima u aktar l-bastimenti li jidħlu f’pajjiżna wara li jkunu baħru minn kontinent għall-ieħor wasslu għal introduzzjoni ta’ speċi ta’ ħut aljen fil-gżejjer Maltin.
L-ewwel reazzjoni tkun waħda ta’ biża hekk kif il-maġġoranza ta’ dan il-ħut huwa velenuż jew nkella mhux tajjeb għall-ikel.Iżda s-sitwazzjoni mhux gravi daqs kemm tidher, hekk kif wieħed faċilment jista’ jevita konsegwenzi serji jekk ikun jaf x’għandu jagħmel meta jkollu kuntatt ma dan il-ħut.
Iltqajna ma riċerkaturi li jiffurmaw parti mill-Grupp tal-Universita’ ta’ Malta ffukat fuq il-konservazzjoni u l-bioloġija, li qed jistudja mill-qrib dawn l-ispeċi.
Jinkludu l-lionfish, il-coca damsel u d-dory snapper.
ONE News tkellem mar-riċerkaturi Noel Vella u Sandra Aguis Darmanin li spjegaw dwar dawn l-ispeċi.
Intant dan il-grupp ta’ riċerkaturi iħeġġeġ lill-pubbliku biex jikkuntatjom jekk jiltaqgħu ma xi ħut stramb, u b’hekk isir aktar moniteraġġ ta’ dawn l-ispeċi ġodda.
Jekk tiltaqa’ ma’ xi ħut aljen ikkuntattjaw lil Dr Adriana Vella, Conservation Biologist, fuq l-email adrianajvella@gmail.com