Pajjiżna ra żieda fl-ammont ta’ infermiera. Minn 2,700 infermier fl-2012, is-sena li għaddiet kellna 3,150.
Dan xorta mhux biżżejjed, qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li f’konferenza tal-aħbarijiet ħeġġeġ aktar studenti jidħlu għal din il-professjoni. Qal li bħalissa hawn Malta hawn bżonn madwar 400 infermier ieħor.
Korsijiet maħsuba apposta f’istituzzjonijiet bħall-MCAST qed jgħinu biex dan in-numru jintlaħaq. Il-bżonn se jkompli jinħass bl-isptarijiet ġodda maħsuba għal pajjiżna, biż-żieda tax-xogħol fil-bereġ u bil-ħidma li qed issir fl-onkoloġija. L-MUMN ukoll ħeġġet studenti jidħlu għal din il-professjoni.
Aħna tkellimna ma’ Josianne Mifsud, li ilha infermiera infermiera għal 21 sena. Illum-il ġurnata hija psychiatric nurse fil-komunità. Meta titkellem dwar il-ħidma tagħha, kważi tikkomovi ruħha għaliex lill-pazjenti tarahom ‘l-eroj tas-soċjetà’.
https://www.youtube.com/watch?v=n0QmXze-LLs