L-imprenditur Hugo Chetcuti jiġi operat għall-darb’ oħra
Wara l-operazzjoni, Chetcuti kellu jiġi trasferit f’sala oħra mgħassa mill-pulizija. Il-kundizzjoni tiegħu tista’ titqies bħala stabbli iżda xorta waħda għadu fil-periklu tal-mewt.
Hugo Chetcuti qala’ daqqiet ta’ sikkina tard il-Ġimgħa filgħaxija filwaqt li s-Sibt filgħodu tressaq quddiem il-Qorti Serb, Bojab Cmelik, mixli bl-attentat ta’ qtil tal-istess imprenditur