Ħames t’ijiem wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina, l-imprenditur Hugo Chetcuti għadu f’kundizzjoni kritika.
Huwa baqa’ jinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar Mater Dei.
Ħu Hugo Chetcuti, permezz tal-profil tiegħu fuq facebook irringrazzja lil dawk kollha li ħasbu f’ħuħ u talbu biex jaqleb għall-aħjar.
Sadanittant il-pulizija qed tittama li Hugo Chetcuti jaqleb għall-aħjar biex tkun tista’ tkellmu fuq il-każ li seħħ il-Ġimgħa tard filgħaxija.
Is-Serb Bojan Cmelik, l-akkużat f’dan il-każ wasal f’Malta ftit jiem qabel ma seħħ il-każ.
Rapporti fil-midja sostnew li s-Serb għamel xi żmien impjegat fi stabbiliment ta’ Hugo Chetcuti.