Nixegħlu l-fan jew noħorġu għall-frisk ? Jidher li dil-ġimgħa se jkollna l-għażla.
Qed ikun mbassar li arja kiesħa riesqa lejn pajjiżna. Illum, 26 ta’ Lulju jidher li se tkun l-aktar ġurnata li se tinħass.
It-temperaturi jidher li se jibqgħu l-istess iżda r-riħ ġej mit-Tramuntana se jkun qed iġib aktar frisk miegħu. Fit-tlett ijiem li ġejjin ir-riħ se jkun bejn forza tlieta u erbgħa. Matul il-ġurnata tal-illum it-temperatura tal-baħar se tlaħħaq biss it-25 grad celcius.
Jidher li din l-arja friska se ddum fuqna ftit jiem, hawn min jieħu pjaċir biha u min ikun ħerqan biex terġa’ tiżdied is-sħana u jmur igawdi l-baħar.