Tħabbar hub ta’ sitt spazji għal provi ta’ bands lokali, proġett li l-Kunsill Malti għall-arti u l-Ministeru għall-kultura ilhom jaħdmu fuqu erba’ snin. Dan il-hub se jkun qed isir f’Ħal Luqa. Dan hu biss il-bidu ta’ vjaġġ twil li nibet minn spinta li dan l-aħħar reġgħet bdiet tingħata lill-ġeneru Rock.
Il-qalba ta’ dan il-proġett se jkun performance space għal gruppi ta’ mużika Rock filwaqt li se jkun qed joffri faċilitajiet li jirrekordjaw il-mużika live tagħhom. Biex il-gruppi mużikali jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan l-ispazju se jistgħu jagħmlu dan bl-inqas spejjeż possibbli. Dan il-proġett se jiswa €1.9 milun u se jkun qed jitlesta fi 30 xahar.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici, qal li dan hu mument sabiħ għal kull min iħobb il-mużika rock.
Qal li dan il-proġett se jkun qed jattira diversi dilettanti.
Terz mill-fond diġà huma f’idejn il-Kunsill Malti għall-arti u kienu allokati fil-baġit ta’ din is-sena. Il-Ministru spjega li dan mhux l-uniku intervent tal-Gvern fil-kultura mil-lat infrastrutturali. Dan il-proġett, fi kliem il-Ministru, se jkun qed jimla l-vojt tad-dilettanti tal-qasam kulturali.