Il-Partit Laburista qed iħeġġeġ lin-nies biex jieħdu ritratt bil-logo tal-inizjattiva #1May4🇲🇹 u jippubblikawh fuq il-mezzi soċjali.
Dan jistgħu jagħmluh billi jistampaw il-logo, jieħdu ritratt bil-logo jidher fuq il-mowbajl jew tablet, jew inkella ipenġuh fuq karta jew kartonċina u jieħdu ritratt bih.
Meta jittieħed ir-ritratt, dak li jkun għandu jitteggja l-paġna tal-Partit Laburista fuq Facebook u Instagram, biex ir-ritratti jiżdiedu f’albums li nħolqu apposta bħala parti minn din l-inizjattiva.
Dawn ir-ritratti se jintwerew ukoll fuq it-televiżjoni fuq programm speċjali li se jixxandar fuq ONE fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem.