Il-katavru, li nstab f’bagalja fil-baħar f’Tas-Sliema t-Tnejn waranofsinhar, jista’ jkun hu ta’ raġel li kellu xi diżabilità.
Jirriżulta lil ONE News li, mas-sejba makabra, l-investigaturi mhux jeskludu li l-vittma seta’ kellu problema ta’ mobilità għall-mod kif instabu s-saqajn.
Minkejja dan, kollox għad irid jiġi vverifikat mill-awtopsja fuq il-katavru li se ssir illum.
It-Tnejn għall-ħabta tas-1:30 p.m. il-Pulizija kienet waslitilha l-informazzjoni li kien hemm bagalja suspettuża fil-baħar ’il barra mix-xatt ta’ Tas-Sliema. Meta waslu fuq il-post huma sabu x-xena makabra bil-fdalijiet mqattgħin tal-katavru.
Waqt li, għall-ewwel kien mifhum li nstabu biss ras ta’ persuna u l-parti ta’ fuq minn ġisimha, issa jirriżulta li s-saqajn u l-idejn kienu wkoll fl-istess bagalja, imma midfunin taħt.
Aktar kmieni dalgħodu, ONE News ukoll żvela li l-Pulizija qed ifittxu raġel li allegatament xtara l-arma tad-delitt, mannara, minn ħanut fin-Naxxar.
AQRA AKTAR: