Is-Sibt filgħodu fuq l-għatba tal-Qorti, il-President tal-għaqda Repubblika u ħu l-Kelliem għall-Ġustizzja tal-Partit Nazzjonalista, Robert Aquilina fetaħ il-kanuni fuq il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.
Skont ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, il-pulizija u l-Avukat Ġenerali għadhom ma kaxkru lil ħadd quddiem l-għatba tal-Qorti biex jaffaċċjaw akkużi kriminali b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Robert Aquilina sostna li skontu l-pulizija u l-Avukat Ġenerali m’għamlu xejn biex issir ġustizzja dwar il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan għalkemm bħalissa għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront ta’ numru ta’ persuni li allegatament kienu nvoluti f’dan l-omiċidju.
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet Robert Aquilina stqarr li l-għaqda Repubblika ser tibqa’ ssus wara l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.
Robert Aquilina apparti li huwa l-President tal-istess għaqda Repubblika huwa wkoll ħu d-deputat tal-Blue Heroes Karol Aquilina.
Id-Deputat li rnexxielu jsorġi fuq siġġu parlamentari wara li kkontesta l-elezzjoni każwali wara li ma qabiżx il-kwota.
Wara li ġie elett, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech fdalu d-dekasteru ta’ Kelliem għall-Ġustizzja.
Sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna kif ħu Karol Aquilina tah palata biex jikseb dan id-dekasteru hekk kif l-għaqda Repubblika għamluha ċara li l-kelliem għall-Ġustizzja għandu jkun xi ħadd qrib tagħhom.
Talba li Bernard Grech baxxa rasu għaliha.