Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jiltaqa’ ma’ mexxejja tan-NATO għal Summit fi Brussell fil-jiem li ġejjin, minkejja li fl-aħħar jiem ħareġ jattakka l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-mexxejja tan-NATO, minħabba li, fil-fehema tiegħu, ma nefqux biżżejjed flus fid-difiża tal-pajjiżi.
Il-Presdient tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk irribatta l-attakki ta’ Trump, u fi tweet wissa li l-President Amerikan għandu japprezza l-alleati tiegħu.
Dear @realDonaldTrump. US doesn’t have and won’t have a better ally than EU. We spend on defense much more than Russia and as much as China. I hope you have no doubt this is an investment in our security, which cannot be said with confidence about Russian & Chinese spending 🙂
— Donald Tusk (@eucopresident) July 10, 2018
Fl-istess tweet il-President tal-Kunsill Ewropew giddeb lil Trump, u tenna li l-Unjoni Ewroepa nefqet fondi sostanzjali fid-difiża tal-pajjiżi, saħansitra iktar mir-Russja.
Skont Tusk, l-Istati Uniti ma jistax ikollhom alleat aħjar mill-Unjoni Ewropea, u fakkar lill-president Amerikan li kienu truppi Ewropej li ġġieldu u mietu fl-Afganistan wara l-attakki ta’ Settembru 2001.