Kull min iħobb il-birra jew matul dawn l-aħħar jiem forsi xtara pakkett ta’ sitt ifliexken birra ta’ 33cl tad-ditta Stella Artois għandu jieħu ħsieb hekk kif avviż maħruġ mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lill-pubbliku li dan il-prodott bid-dettalji t’hawn isfel qed jiġi rtirat mis-suq.
Dan minħabba l-possibilità li l-flixkun jista’ jinkiser meta jkun qed jinfetaħ bil-konsegwenza li jaqa’ l-ħġieġ fil-prodott.
Deskrizzjoni tal-prodott | Birra | |
Ditta: | Stella Artois | |
Volum: | Pakketti ta’ sitt fliexken ta’ 33cl | |
Dati tad-Durabbiltà: | 06/03/2019, 07/03/2019 u 08/03/2019 | |
Oriġini: | Belġju | |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku hu ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.