Charles Said, ħu l-eks Ministru Chris Said, u li għal xi snin kien Sindku tan-Nadur ta ammont konsiderevoli ta’ direct orders li wasslu biex il-bord ta’ Gvernanza tal-Kunsilli Lokali ordna li jittieħdu proċeduri li huma meqjusa xierqa. Dan l-istess parir ingħata fil-konfront tas-Segretarju Eżekuttiv tal-istess Kunsill Lokali li kien hu li approva d-direct orders li jaqbżu l-limitu permess mil-liġi.
F’Jannar li għadda l-Bord irċieva talba mingħand il-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jinvestiga numru ta’ pagamenti li kienu ġew effettwati mill-Kunsill Lokali tan-Nadur bejn is-snin 2012 u 2014. Kien hemm total ta’ 20 pagament li nstabu li saru permezz ta’ direct order b’total li jammonta għal €37,495.49. Dan kien ammont sostanzjali meta kien jinvolvi Kunsill wieħed biss.
Is-Segretarju Eżekuttiv ta’ dak iż-żmien, Rita Mifsud Attard, sostniet li hi dejjem kisbet l-approvazzjoni. Iżda, rrikonoxxiet li bħala Segretarju Eżekuttiv kienet marbuta bl-istess regolamenti taċ-Ċivil rigward xiri. Peró Attard qalet li hija riedet taħdem mas-Sindku u għalhekk ma setgħetx tmur kontra r-rieda tiegħu.
Fil-każi li analizza l-bord, il-ksur ta’ liġi deher ċar u saħansitra ċanfar ukoll lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali fejn talbu biex ikun iktar viġilanti.