L-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li fil-Valletta Waterfront ikun hemm tqassim aħjar tal-imwejjed, siġġijiet u umbrelel mis-sidien tar-ristoranti.
L-Awtorita tal-Ippjanar ħadet din id-deċizzjoni meta kienet qiegħda tiddeċiedi fuq l-applikazzjoni li ressqet l-Valletta Cruise Port li talbet sabiex jiġu rregolarizzati l-imwejjed u s-siġġijiet fil-Valletta Waterfront.
Fl-laqgħa li saret fl-erbgħa u għoxrin ta’ Mejju, il-bord tal-Awtorita iddeċieda li jitneħħew l-imwejjed u s-siġġijiet minn ħdejn id-daħla tar-ristoranti.
Id-direttur tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorita tal-Ippjanar, l-Perit Raphael Axiaq spjega kif l-awtorità ħadet din d-deċiżjoni sabiex il-passaġġ minn fejn jgħaddi l-pubbliku, ma jkunx ristrett minħabba l-imwejjed.
U l-pubbliku ikun jista japprezza l-bini storiku tal-faċatta tar-ristoranti, li tmur lura għal zmien il-kavallieri.
Il-ġimgħa li għaddiet l-Awtorita tal-Ippjanar, infurmat lis-sidien tar-ristoranti sabiex ineħħu l-imwejjed u s-siġġijiet minn naħa tal-entratura tar-ristorant tagħhom.
Bil-Valletta Cruise Port m’oġġezjonatx għad-deċizzjoni tal-Awtorita tal-Ippjanar.
Fil-Valletta Waterfront, hemm tnax-il ristorant. Waqt żjara li ONE NEWS għamel it-tlieta filgħodu stajna ninnotaw li wħud minnhom kienu diġà neħħew l-imwejjed u s-siġġijiet illegali.
Is-sidien tar-ristoranti fil-Waterfront għandhom ċans sal-Ħamis biex jobdu d-deċiżjoni tal-Awtorità. F’kaz li jkun hemm min ma jsegwiex din id-deċiżjoni, l-Awtorita tal-Ipjannar twettaq l-infurzar.
Id-Direttur tal-Infurzar tal-Awtorita tal-Ipjannar l-Perit Raphael Axiaq tenna l-impenn tal-Awtorità tal-Ipjannar li tkompli tindirizza l-kwistjoni tal-imwejjed u s-siġġijiet u l-pubbliku jkollu spazju addattat minn fejn jimxi.